Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Adrian Delia li hu deputat mal-Partit Nazzjonalista kif ukoll l-eks kap tal-oppożizzjoni xxerja mas-segwaċi tiegħu ritratti riċenti meħudin wara l-Knisja ta’ San Franġisk f’ Birkirkara.

Hawn hu saqsa lin-nies jaqtgħu jekk ir-ritratti humiex meħudin f’ Beirut, f’ Kabul jew wara l-Knisja ta’ San Franġisk f’ Birkirkara.

Ċertu materjal fir-ritatt jidher li qed saħansittra jieħu n-nar, b’diversi materjal mormi. Bħalissa għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni f’dan il-post, iżda Delia ma naqasx li jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet rigrawd il-kundizzjonijiet preżenti ta’ dan il-post.

Ovvjament dan il-post mhux qiegħed adattat biex jgħaddu minnu nies, b’diversi perikli differenti kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-nies li jgħixu fil-viċinanzi!


Charlton Cefai