Dr Lynn Chircop kitbet messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat lill-għażiż missierha, li propju llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
"Missier, m'hemmx paragun ma dak li qalbi tħoss għalik. IVA, imħabba li hija differenti u unika... għadni niskopri fik kwalitajiet li, mhux biss lanqas int stess ma taf li għandek iżda biż-żmien fhimt kemm kont pijunier fil-qasam soċjali."
Lynn tgħid li minkejja l-ostakli li affaċċjaw fil-ħajja, dejjem għelbuhom. Missierha huwa ispirazzjoni kbira għaliha.
"Jien u Int l-akbar kritiċi ta' xulxin. Ħadna d-daqqiet ta' xulxin f'qalbna... tista' sserraħ rasek li m'hemm xejn li ma nistax nikseb jekk nibqa' nżomm is-sens komun, ċiviku, uman u soċjali li akkwistajt minn għandek."
Lynn tagħlaq, "GRAZZI PA. AWGURI. 70 SENA MHUX BIŻŻEJJED BIEX INTIK LURA DAK LI ĠIBT F'ĦAJJITNA." F'isem Gwida.mt, Awguri!