Kulħadd jaf min hi l-kantanta b'leħen uniku Adele. Wara suċċessi kbar, iddeċidiet li tieħu pawsa ta' erba' snin mix-xena mużikali. Iżda issa, se tirritorna bil-kbir!

View this post on Instagram

A post shared by Adele (@adele) on

Fuq Twitter, Music Pop Acts ħabbru li fit-8 ta' Novembru Adele se toħroġ l-album il-ġdid tagħha! Però ma nistgħux ninsew id-dettall li żiedu! Dan għax kitbu wkoll li l-ġimgħa d-dieħla se toħroġ l-ewwel kanzunetta tagħha minn dan l-album!

Naturalment is-segwaċi ta' Adele se jtiru bil-ferħ b'din l-aħbar! Iżda dan mhux biss! Il-ferħ kompla jikber meta Lady Gaga fuq Twitter kitbet li se ssemmi l-album il-ġdid tagħha ADELE!

S'issa Adele ħarġet tliet albums, bl-ismijiet 19, 21 u 25. Dawn it-tliet albums kienu relatati mal-età tagħha. Kienet qalet li l-album 25 se jkun l-aħħar wieħed relatat mal-età tagħha u li l-album li jmiss tagħha se jkun dwarha nnifisha!

View this post on Instagram

A post shared by Adele (@adele) on

Ikollna nistennew sax-xahar id-dieħel biex naqtgħu l-kurżità! Tinsewx tisimgħu l-ewwel kanzunetta minn dan l-album, li se toħroġ il-ġimgħa d-dieħla! Żgur li se tkun kanzunetta mill-isbaħ!

Instagram / @adele


Yasmin Camilleri