Omm Yana, tfajla bl-awtiżmu, tinsab imweġġa' minħabba l-fatt li għal xi raġuni ħadd mill-klassi fejn qiegħda ma ta kasha jew kellimha. Dan wara li spiċċat ippanikkjata għax ma kinitx taf fejn trid tmur għal-lezzjoni. 

L-omm xtaqet tesprimi l-weġgħa li qed tħoss tara lil bintha abbandunata. "Ilni ħafna ma nikteb imma llum vera ddispjaċuta bħal kull omm li tħoss għal uliedha wara kollox. Illum Yana bdiet l-ewwel ġurnata tal-Mcast. Għalkemm ilha tmur dawn l-aħħar 5 snin xorta għaliha jkun kollox ġdid. Spiċċat mitlufa u qabadha paniku. Ħadd ma ndenja ruħu juriha fejn kif u x'fatta!

Kelli nċempel jien biex xi ħadd joħodha fil-klassi. Biex ngħaxxqu l-ġurnata ħadd u ħadd ma kellimha mill- klassi u vera bdiet tibki għax m'għandix ħbieb."L-omm spiċċat marret għaliha għax kienet qiegħda veru ħażin.

"Ma nistax nifhem l-inklużjoni li tant niftaħru biha. X'għandhom inqas minn ħaddieħor? Possibli daqshekk differenti li ħadd ma jrid jagħmel ħbieb magħhom. Meta nsemmu inklużjoni għandha tibqa' għal dejjem mhux primarja u sekondarja biss!"

Hemm bżonn iktar imħabba u inklużjoni. Ma jistax ikun tfajla tgħaddi minn dawn l-episodji koroh.

Facebook/ Oyewale Oyelade


Kyle Zarb