Ftit ilu sirna nafu x'ser ikunu qed ikantaw il-parteċipanti li ħa jikkompetu waqt l-Għanja Tal-Poplu 2021 nhar is-7 t'Awwissu 2021. Issa sirna nafu wkoll min ħa jkun qed jippreżenta dan il-festival!

Fil-fatt dan mhu ħadd ħlief Ray Calleja! Is-serata ser tittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, L-Ghanja tal-Poplu qabel mal-kollaboraturi li l-festival ikun televiżiv, immirat għat-telespettaturi Maltin. Il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal se juża’ l-faċilità li għandu biex ikun estiż b’ħames metri. B’hekk il-mużiċisti u l-kantanti jistgħu jiġu akkomodati skont kif jitolbu ċ-ċirkustanzi.

Jekk għadek ma smajthomx, hawn huma l-kanzunetti kollha li qed jikkompetu din is-sena! Idħol HAWN u għidilna liema huma l-favoriti!

1 Kunċert Impromptu – Thea Gauci u Nedved Galea (Rita Pace, Mark Cachia)

2 Logħba tal-Kaxxi – Karm Debattista (Pierre Bonnici, Karm Debattista)

3 Nann! – Marija Bellia (Marija Bellia, Iona Dalli u Marija Bellia)

4 Meta l-Lupu Jkun Bil-Ġuħ – Tiziana Calleja (Rita Pace)

5 Attakki Virtwali – Mark Cachia (Mark Cachia)

6 Uman – Nicole Hammett (Rita Pace, Rita Pace u Augusto Cardinali)

7 Għada Jisbaħ Ukoll – Philip Vella u Maria Spiteri (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)

8 Se Nirranġaw – Dominic Cini u Anna Azzopardi (Mark Laurence Zammit)

9 Logħba Ċess – JAMM Band (Mark Cachia)

10 Is-Sirena Li Welldet it-Tama – Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)

11 L-Għeneb il-Qares – Daniel Muscat Caruana (Rita Pace, Mark Scicluna)

12 Niftakar – MeadowStrings (Mario Camilleri, Magdalene Farrugia)

13 Il-Bajtar Sar – Dario u Grecia Bezzina (Rita Pace, Dario Bezzina)

14 Fuq L-Ixkaffa – Sean Borg (Philippa Naudi u Bettina Muchmore)

15 Min Bagħtu Dan L-Għannej – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant, David Joseph Sammut)

16 Ħarstek – Rachel Lowell (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)

Għal aktar informazzjoni tista' tidħol fis-sit HAWN.


Kyle Zarb