Ilbieraħ kien ir-ritorn tas-serje, 'Sorelle' għat-tieni staġun. 'Sorelle' hija storja ta' ħames aħwa, kollha bid-diffikultajiet u problemi mill-passat. Aħwa li għall-ewwel ftit snin kienu qed jgħixu mal-aqwa ġenituri tad-dinja, sakemm ix-Xitan deffes denbu, l-ġenituri mietu f'aċċident u spiċċaw jittrabbew mis-sorijiet. 

L-episodju tal-lum hu wieħed speċjali għax mibni fuq storja vera. Storja li ħasdet lil Michael u Eveyln u affetwat kif jaħsbuha fuq il-ħajja. Evelyn tgħidina li, "Illum episodju speċjali, ktibna l-episodju f'sekonda wara li esperjenzajna realtà. Kellna ħabiba li għaddiet mill-istess esperjenza li ser tgħaddi minnha waħda mill-karattri prinċipali f'Sorelle. L-isbaħ episodju li qatt ktibna għax mibni fuq realtà". Ħabiba antika tagħhom it-tnejn li spjegatilhom l-esperjenza tagħha u minn xix għaddiet.

Fl-episodju tal-lum ser nassistu għall-mewt ta' Samantha. Min segwa l-episodju tal-bieraħ, stajna nindunaw li din qalbet għal agħar, f'mument fejn fl-aħħar sabet l-aħwa li tant kienet ilha tfittex. 

Għalhekk illum 15:40 titlifx Sorelle fuq TVM.


Anthony Baldacchino