Brandon Terribile din is-sena qed jikseb suċċess ieħor permezz tal-ewwel sensiela ta' KWIR, fejn qed insegwu ħajja ta' persuni kwir u l-isfidi li affaċċjaw jew qed jaffaċċjaw. Brandon għadu kemm lesta mill-kitba tal-aħħar episodju, ċoe, it-tmiem tal-ewwel staġun.
"Illum poġġejt dik it-tikka li nafuha bħala fullstop wara l-aħħar kelma li ktibt sabiex ġie fi tmiemu l-aħħar episodju ta’ KWIR. Mument li xtaqt naqsam magħkom! Mument li domt ftit biex wasalt għalih, għaliex ħabbejthom wisq dawn il-karratri li ma xtaqtx nitlaqhom. Kull bidu fih it-tmiem!"
KWIR qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn fid-20:45 fuq ONE.
Facebook/ Indigo