Is-sindku Josef Azzopardi għadu kemm ħalla parir intelliġenti immens fuq il-midja soċjali rigward dak li nitfgħu fuq Facebook jew xi pjattaforma oħra, waqt li ħaddieħor jitpaxxa jissendikana.

"Jekk se ssiefer, ittellax ritratti fuq fb dakinhar stess, jew waqt il-vaganza. Jekk is-Sibt/l-Ħadd tmur bid-dgħajsa, titfax ritratt u tagħtix informazzjoni żejda. Aħseb qabel itellgħa ritratt għax ma tafx min qed jaqra dak li ktibt u jista' jkun li meta int tifraħ bir-ritratt li tellajt, ħaddieħor jifraħ li darek tinsab waħedha...għal jum, jew ġimgħa tal-vaganza jew kull weekend għax tkun bid-dgħajsa." Din hi drawwa ta' ħafna minna li nitfgħu ritratt jew dettalji ta' fejn ninsabu. Huwa pjaċir ta' ħafna li juru fejn qegħdin, għax bħal qisu tibqa' waħda mill-aktar affarijiet popolari li tista' tagħmel fuq Facebook.

Is-sindku Azzopardi jagħti parir biex anke navżaw lill-anzjani tagħna biex ma jafdawx, speċjalment meta jkunu weħidhom. "Moħħkom hemm ħbieb u anki lill-anzjani tagħna avvżawhom biex ma jagħtux informazzjoni żejda fejn marru, m'hemmx għalfejn it-triq kollha taf li Ġanna, marret il-belt, jew il-knisja, jew għand it-tfal....ejjew nħaddmu moħħna għax ma nafux min iħobbna u min jobgħodna."

Importanti li nxerrdu dan il-parir, u noqogħdu b'seba' għajnejn lil min nafdaw.

Facebook/ Great Lakes Ace Hardware (Tiffin)


Kyle Zarb