Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali ‘A Night At The Musicals’ li se jsir fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Birkirkara, nhar is-Sibt, 2 ta’ Diċembru, 2023.

Il-Banda Peace tan-Naxxar, se tkun qed toffri spettaklu mill-aqwa ta’ mużika, dawl u viżwal f’ambjent teatrali mill-aqwa. Mal-Banda Peace din is-sena se jkunu qed jingħaqdu wkoll iż-żeffiena ta’ A-Line Dance Academy u l-vjolinistMario Ciantar.

Fost il-mużika li se tindaqq hemm siltiet mill-musicals Aladdin, Phantom of the Opera, Grease, Fiddler on the Roof, Mary Poppins, Mamma Mia u oħrajn fost sorpriżi waqt is-serata.

Id-direzzjoni hi ta’ Lino Pirotta, surmast direttur tal-istess banda. Aktar informazzjoni u biljetti jinkisbu minn www.bandapeacenaxxar.com.


Gwida.mt