Il-preżentatriċi maħbuba lokali Claire Agius Ordway se tkun qed tieħu pawża mit-televiżjoni. Dan ħabbritu fuq il-mezzi soċjali tagħha, iżda għal dawk li qed jaħsbu li hi se tieqaf, sejrin żbaljati.
Claire se tkun impenjata b'affarijiet oħra u grazzi għall-orizzonti kollha li nfetħulha kellha ċ-ċans li tagħmel dan. Araw il-filmat hawn taħt fejn tispjega x'wassal għal din id-deċiżjoni. Hi tikteb, "Bidla żgħira, iżda waħda eċitanti. Għall-aħħar 23 sena s-sjuf tiegħi kienu pjuttost ikkuluriti bi proġetti tat-TV. Dan is-sajf kien ikkulurit ukoll biex niddeċiedi x’se nagħmel 'il quddiem."
Hi tkompli, "Inħobb it-TV ħafna, hija xi ħaġa li nħossni tant komda nagħmilha u tqanqalni mmens, allura ċertament se nerġa’ lura imma jien eċitata ħafna biex nibni fuq ix-xogħol onlajn tiegħi li tani ħafna opportunitajiet."
Claire iżżid, "Li naħdem onlajn tani l-possibbiltà li nippromwovi l-fitness, l-ivvjaġġar, lifestyle u aktar, u se nkompli naħdem fuq dan. Se nibqa’ nippreżenta avvenimenti u konferenzi, u se nkun qed nipproduċi u nippreżenta t-tieni sensiela ta’ Reboot. Eċċitata għax issa għandi aktar ħin biex nirriċerka, nitgħallem u nitħarreġ. Allura grazzi lil kull min appoġġani u inkuraġġini meta kont daqsxejn mitlufa biex nieħu deċiżjoni."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlek f'dan il-vjaġġ. Ninsabu ċerti li se tibqa' żżomm kuntatt mal-udjenza tiegħek li tant tħobbok, tammirak u ssegwik.
Facebook / Claire Agius Ordway