Anna Vella hija mara li tagħmel minn kollox biex tgħin l-annimali u għalhekk ħolqot sistema fejn min jixtieq jista’ jagħtiha karti tal-kwiksave jew xi fliexken tal-BCRS u hi tuża l-flus li ġġib permezz tagħhom biex tgħin il-qtates.
Fuq il-paġna tagħha hi kitbet, “Ħa ngħidha tal-aħħar hawn għax ittini vera minn ġewwa. Ma nistax nifhem! Kif tant u tant nies jgħidu 'l-annimali nħobbhom, nagħmel kollox għalihom!' Jew, 'Nixtieq ngħin strays/santwarji imma ħin jew flus m’għandix'.....imbagħad nitlobhom iġemmaw karti vojta flok jintremew u dik l-imħabba, u dik li tagħmel kollox għalihom, u flus u ħin li m’għandekx bżonn biex tgħin..... jintesa.....u dawk karti u rċevuti fiskali tarmuhom xorta. Addio mħabba lejn annimali u għajnuna lejn strays. Għalxiex meta ħloqtilkom xi ħaġa daqshekk faċli? Ma tiswa xejn, ma tridx wisq ħin, flok tarmi ġo basket, tpoġġi ġo ieħor....u niġu aħna għalihom!”
Jekk għandkom xi affarijiet li tistgħu tagħtuhom donazzjoni, żommu f’moħħkom lil Anna Vella u l-annimali li tieħu ħsieb!
Facebook/ Anna Vella