Gerald Fenech qasam messaġġ qasir mas-segwaċi tiegħu fejn qal, “Ħa naraw jarmax xi erbgħa mwejjed ukoll!” Ma kiteb xejn aktar, iżda fil-kummenti bosta min-nies fehmuha li hi dwar Sofrito li bħalissa tassew m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Fil-kummenti, Fenech ma ċaħadx li din il-kitba hija dwar is-Sofrito, anzi irrisponda f’xi kummenti li kien hemm fl-istess kitba.

Persuna minnhom qalet, “Ħalluh il-bniedem jaqla’ lira. Ħadd mhu qiegħed ma’ ħadd, għiduli x'qiegħed jagħmel ħażin b'daqshekk? Lil ħadd ma ta' fastidju, naħseb li dik kollha għira bażwija u xejn aktar.”

Persuna oħra qalet, “Naħseb 4 ftit. Ħaqqu u għandu bżonn aktar. F'ħajja t'Alla, l-ġid sabiħ!”

Facebook/Gerald Fenech Covid19 news updates


Gwida.mt