Illum, 10 ta’ Jannar, niċċelebraw għeluq snin wieħed mill-aktar talenti promettenti lokali, l-artist Shaun Farrugia. Dan il-kantant u kittieb tal-kanzunetti Malti mhux biss rebaħ il-qlub tal-pubbliku lokali iżda anke qed iħalli marka importanti fuq livell internazzjonali grazzi għall-kollaborazzjonijiet ma' artisti oħra.
Shaun beda l-karriera tiegħu b’umiltà, bil-passjoni tiegħu għall-mużika dejjem issuqu biex jikseb il-miri tiegħu. Fil-ftit snin li għaddew, hu kiseb suċċess mill-isbaħ meta ħadem fuq kollaborazzjonijiet ma’ Martin Garrix. B’vuċi unika u lirika mimlija emozzjoni, Shaun irnexxielu jispikka f’industrija globali mimlija talent.
Permezz tal-mużika tiegħu, hu qed jirrappreżenta b’kburija lil pajjiżna, u qed isir ispirazzjoni għal ħafna artisti żgħażagħ li jaspiraw li jagħmlu ħoss fix-xena internazzjonali. Shaun, f’dan il-jum speċjali, nixtiqulek l-isbaħ xewqat.
Inkomplu nsegwu l-vjaġġ straordinarju tiegħek filwaqt li nawgurawlek aktar suċċess, saħħa, u kuntentizza. Il-fatt li tħossok ta' 15, jista' jkun li dik il-maġija f'din l-industrija, minkejja li se tagħlaq 29. Awguri!