Ilbieraħ kienet ġurnata memorabbli għall-familja tal-attur Henry Zammit Cordina, hekk kif iżżewweġ ibnu Keith Zammit Cordina! Henry xerred fuq il-profil tiegħu xi ritratti tal-okkażjoni waqt il-quddies tal-mument speċjali xħin ibnu u l-martu Georgette qalu iva lil xulxin.

"Awguri lil Ibni Keith u lit-tifla tar-rispett Georgette għat-tieġ mill-isbaħ tagħhom ilbieraħ .. Jalla tgawdu lil xulxin b'imħabba, hena u prosperità... Aħna Nħobbukom", kitiblu Henry lil ibnu. 

Awguri mill-qalb lil din il-koppja ħelwa mit-tim kollu ta' Gwida.mt!


Kyle Zarb