Ftit ilu, Ron Briffa kellu stedina sabiex dan jattendi hens party ta’ mara li hija fan kbira tiegħu.

Waqt li kien mistieden fuq il-programm ‘Sibtek’ fuq TVM, Ryan qallu bit-telefonata li rċieva u sa dakinhar tal-programm Ron kien għadu ma jafx li dik l-istedina kienet ċajta.

Josmar ċempel lil Ron u biddel leħnu sabiex ma jintgħarafx u beda jipprova jikkonvinċi lil Ron biex jattendi għall-hens party. Dan qallu wkoll li anke l-kejk se jkun b’wiċċ Ron fuqu u qallu li jixtieq li jgħattuh sabiex l-għarusa ma tagħrfux u tipprova taqta’ min hu dak il-ħin li joħroġ ħdejhom.

Hu ma kienx jaf li din kienet ċajta imma tant kemm hu umli li lanqas biss ried jieħu flus meta Josmar offra biex jagħtuh kemm jitlobhom.

Facebook / Ron Briffa


Henzley  Bezzina