Il-kantant lokali Antoine Crowley-Farrugia li nafuh aħjar bl-istage name ta' Greta Tude, qasam mal-familjari, ħbieb u segwaċi tiegħu, li hu u r-raġel tiegħu Andrew li jgħixu f'Wales irċevew l-aħbar li wara proċess li għaddew minnu, huma se jkun jistgħu jaddottaw.

Antoine fuq il-mezzi soċjali jikteb, "L-iżjed sitt xhur ta' ġenn b'ħidma biex naslu għal-lum. Aħna ferħanin ħafna li ġejna approvati dalgħodu – issa nistennew biex niltaqgħu mat-tarbija tagħna." Hu jaqsam ukoll żewġ dati importanti, id-data tal-lum u d-data ta' meta bdew bil-proċess.

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom f'dan il-vjaġġ li Antoine u Andrew se jkunu qed jibdew flimkien. Vjaġġ li żgur se jimla lil qalbhom ħafna mħabba, għożża u kuntentizza.

Facebook / Antoine Crowley-Farrugia


Emil Calleja Bayliss