Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru se ssir maratona ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn. Herman Bonaci qed jagħmel appell biex in-nies jagħtu donazzjoni għal din il-karità.
Herman rrakkonta kif il-familja tiegħu kellha bżonn lil Bjorn qabel, u sabu l-għajnuna. Croce Bonaci, ħu Herman, irriżulta li kellu brain tumor. Il-mara tiegħu, Connie qed tagħti għajnuna kbira lil żewġha, xi ħaġa li Bjorn jammira ħafna fiha. “Qed naħdmu lejl u nhar biex ma nħallu lil ħadd mingħajr għajnuna,” kiteb Bjorn f’post ddedikatata għal Connie u żewġha.
Jekk tixtieq tagħti d-donazzjoni tiegħek ara dawn id-dettalji:
SMS fuq 5061 8936 - €6.99
BOV Mobile Pay - 7909 6249
Ċempel fuq 5100 2017 - €20
Facebook/Bjorn Formosa