Il-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta ‘Another Summer Night’ li ħareġ Fabrizio Faniello ftit ġimgħat ilu qed tagħmel suċċess kbir. Bħalissa irnexxielha tilħaq il-lista tal-aktar 50 kanzunetta popolari mad-dinja kollha fi klassifika maħruġa mis-sit Music Worx. Il-verżjoni tal-kanzunetta tinsab ukoll mal-ewwel 40 fl-Ażja. 

Verżjoni oħra ta' Another Summer Night intlaqgħet b'mod tajjeb minn tnax-il pajjiż ieħor, fejn ġimgħa ilu ġie mħabbar li ndaqqet mis-stazzjonijiet tar-radji tal-istess pajjiżi! Fil-fatt fit-2 ta' Lulju, verżjoni ġdida tal-kanzunetta ħarġet taħt it-titlu Another Summer Night 2K21, bħala parti mill-album 2k21 – The Jubilee Remixes. Fabrizio ngħaqad ma' oħtu Claudia Faniello fejn flimkien interpretaw din il-verżjoni.

Fabrizio kiteb dwar dan is-suċċess fejn qal kemm jinsab grat lejn is-sapport kollu li qed jirċievi.


Kyle Zarb