It-tim ta' Klassi Għalina kemm-il darba narawh jitfa' xi post biex jawgura lil xi attur jew attriċi li kienu parti mill-kast professjonali tagħhom. Sfortunatament ġieli jkollhom iħabbru xi aħbar kerha wkoll, u llum waħda minnhom.

It-tim ħabbar il-mewt ta' Ġino Vella, magħruf bħala l-barman waqt Klassi Għalina. "Aħbar Kehra dalgħodu. Il-ħabib tagħna Gino Vella kien jinterpreta l-parti ta’ Wenzu l-barman  Fl-ewwel żewġ staġuni  ta’ Klassi Għalina, nifatkruh dejjem fuq is-sett, b’karattru ferrieħi, ċajtier u eżemplari."

It-tim ta' Klassi Għalina jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb ta' Gino. Isellmu l-memorja ta' Gino. Strieħ fis-sliem Gino. It-tim ta' Gwida.mt jibgħat il-kondoljanzi tiegħu.


Kyle Zarb