Ftit jiem ilu, grupp ta' esperti żvelaw waqt konferenza internazzjonali f'Pergola, l-Italja, li sabu pittura ġdida tal-artist Raffaello.
Il-pittura turi x-xbieha ta' Marija l-Madalena, u l-mudella għaliha kienet Chiara Fancelli, mart l-artist Pietro Perugino. Milli jidher, il-pittura saret fl-1504 u hija parti minn kollezzjoni privata.
L-istudju li jitkellem dwar din l-iskoperta ġdida jismu Raphael's Magdalene: When the Pupil Surpasses the Master, u se jkun ippubblikat il-ġimgħa d-dieħla fil-ġurnal Open Science, Art and Science.
ANSA