Beda l-proċess biex jintgħażlu l-kanzunetti finalisti għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena. Ftit tal-ħin ilu ġie mħabbar li 95 kanzunetta ntefgħu għall-festival ta' din is-sena.

Fil-jiem li ġejjin nistennew li titħabbar il-lista tal-40 kanzunetta li se jkunu qed jidhru quddiem il-ġurija sabiex jissieltu għall-post fil-finali ta' dan il-konkors li mistennija ssir fit-13 ta' Settembru ġo Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

Il-festival tas-sena li għaddiet intrebaħ mill-kantanta Karei bis-silta Nistħajlek Hawn fuq kliem ta' Paul Ellul u kompożizzjoni ta' Mark Spiteri Lucas. Kanzunetta sentimentali mmens li l-kantanta ddedikat lill-għażiża nanna tagħha.

Il-kanzunetta Il-Ħtija Tagħna Lkoll kantata minn Kristy Spiteri ġiet fit-tieni post kellha kompożizzjoni ta' David Joseph Sammut u lirika ta' Ritianne Frendo, filwaqt li Enya Magri bil-kanzunetta Bizzilla b'mużika ta' Philip Vella u lirika ta' Emil Calleja Bayliss spiċċat fit-tielet post.

It-tim ta' Gwida, jawguraw lill-kantanti, kompożituri u awturi kollha li ttantaw xortihom għall-festival ta' din is-sena. Ħerqana sabiex niskopru min se jagħmilha għall-finali.

Facebook / Konkors Kanzunetta Indipendenza


Gwida.mt