Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 94 każ ġdid minn 3,483 swab test u fiequ 219-il persuna oħra, filwaqt li l-ebda mewta ma ġiet irreġistrata. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi niżel għal 1,847 każ. Fl-isptar b’kollox hemm 30 persuna attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, fejn tnejn minnhom jinsabu fl-ITU.
Sal-bieraħ ingħataw b’kollox 758,252 doża tal-vaċċin u b’kollox hawn 380,927 persuna li huma mlaqqma kompletament.