Illum jaħbat il-jum speċjali fejn omm Felix Busuttil laħqet l-eta sabiħa ta' 89 sena! Fil-fatt Felix xtaq jgħaddilha x-xewqat sbieħ tiegħu permezz ta' messaġġ fuq il-profil tiegħu, fejn fi kliem mill-isbaħ esprima l-imħabba u r-rispett tiegħu lejha.

Hu kiteb, "Illum l-isbaħ mara fid-dinja tiegħi tiċċelebra 89 sena ħajja. 89 sena ta' qalb tajba, perseveranza, qawwa...Inħobbok Ma. Il-Mama d-djamant tiegħi."

Xerred anke ritratt tant prezzjuż tiegħu flimkien ma' ommu. F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw minn qalbna lil omm Felix u Jalla jkollha aktar snin ta' saħħa u dak kollu li tixtieq qalbha!


Kyle Zarb