Illum, 22 ta’ Settembru 2022, l-iskola taż-żfin Kinetic Dance Academy, qiegħda tiċċelebra t-tmien sena mill-bidu tagħha. Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-mexxejja tal-iskola, Clay u Daphne, ħallew il-messaġġ tagħhom fejn esprimew il-gratitudni għal din l-esperjenza.
“Kemm kien vjaġġ inkredibbli. 8 snin wara u l-passjoni u l-eċitament għadhom preżenti iktar minn qatt qabel. Nirringrazzjaw lil kull min kien parti minn dawn is-snin ta’ suċċess... Din kienet tkun impossibbli mingħajrkom.”
Warakollox, huma jirringrazzjaw lil Alla talli dejjem ħarishom u tahom is-saħħa biex minkejja kull ostaklu, ikomplu jaqsmu l-passjoni tagħhom mal-istudenti tagħhom.
Awguri lil din l-għaqda ta’ suċċess għal iktar snin ta’ ħidma u iktar esperjenzi sbieħ!