Illum jaħbat għeluq snin bint il-preżentatriċi Elaine Sammut, f'dan il-jum speċjali Elaine qasmet ritratt ta' bintha mal-kliem, "Happy birthday sabiħa tiegħi. 8 snin ta' ferħ u kuntentizza qalbi. Inħobbok ħafna ħafna ħafna."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Yelena l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali għaliha. Ninsabu ċerti li ħejjewlha xi ħaġa differenti mis-soltu għal dan il-jum, avolja għaddejjin minn pandemija.

Awguri Yelena u nittamaw li l-ħolm kollu tiegħek issir realtà.


Emil Calleja Bayliss