Illum jaħbat anniversarju xejn pjaċevoli għal Alana Bondin meta propju tmien snin ilu tilfet lil missierha. F'kitba kemmxejn twila li għamlet fuq facebook, Alana tispjega b'passjoni kemm timmissjah u tħoss in-nuqqas tiegħu tant li t-telfa tiegħu hija kbira wisq meta mqabbla mal-memorji sbieħ li ħolqu flimkien.

Alana ssostni li mingħajr missierha ħajjitha mhix faċli tant li kultant tgħalaq għajnejha u ssaqsi lilha nnifsha "Għaliex daqstant kmieni? Pa għinni!"

Tkompli tgħid li rari rat missierijiet bħal missierha li ddedika ħajtu u kull nitfa tagħha għall-familja tant li anke kien iżomm lura milli jwettaq xewqat tiegħu biex jara lilha u l-familja kollha kuntenti.

Tgħalaq dan il-messaġġ għal missierha billi tgħidlu "Inħobbok mhux biżżejjed" u li kuljum tirsisti biex tagħmlu kburi biha.

Kuraġġ Alana f'dawn il-mumenti diffiċli. Ninsabu ċerti li missierek kburi bik!

Facebook / Alana Bondin


Clifford Galea