Għalkemm fil-kċina nitħaddtu ħafna b’terminoloġiji bl-Ingliż, u ejja ngħiduha kif inhi, inkissru xi kelma l’hemm u l’hawn, ħafna mill-ingredjenti u ħwawar li nużaw, għandhom isem bil-Malti anke jekk huma popolari bl-isem Ingliż tagħhom. Dawn huma 8 affarijiet li nsibu fil-kċina, bl-oriġini u l-użu, li isem tagħhom mhux daqsekk komuni.

Fidloqqom

Il-fidloqqom hija fjura Mediterranja li bl-Ingliż hija magħrufa bħala borage. Kummerċjalment l-aktar li tintuża huwa biex isir iż-żejt miż-żerriegħa tagħha, pero fil-Ġermanja tintuża għas-sopop, u fil-Ligurja tintuża bħala mili fir-ravjul.

View this post on Instagram

A post shared by Jonathan Mitchell (@panchlora) on

Kosbor

Bl-Ingliż magħruf bħala coriander jew cilantro, il-kosbor hija pjanta li tista’ tittiekel kollha kemm hi, għalkemm l-aktar partijiet minnha li jintużaw fit-tisjir huma l-weraq u ż-żerriegħa. Tista’ ssibha f’curries Indjani, fis-soppa Portugiża Açorda, fi zlazi Messikani u anke f’birer Belġjani!

View this post on Instagram

A post shared by Pakistani mom (@pakistanimomnetherlands) on

Kardamomu

Il-kardamomu hija pjanta nattiva mill-Indonesja, b’żerriegħa triangolari, li bl-Ingliż insibuha bħala cardamom. Fil-kċina Ndjana, dan l-ingredjent huwa komuni ħafna, fl-iSkandinavja huwa popolari fil-ħami ta’ ħobż, u fil-Lvant Nofsani jintuża biex jgħati togħma lill-kafe’ u te.

View this post on Instagram

A post shared by The phenomenal creations (@the__phenomenal__creations) on

Kemmun

Ġej mit-territorju tal-Lvant Nofsani, il-kemmun, li bl-Ingliż nafuh bħala cumin, jiġi minn żerriegħa li tiġi mill-familja tat-tursin. Tradizzjonalment kien jintuża f’ħafna modi differenti fosthom mediċinali. Il-Griegi antiki kienu jżommuh fuq il-mejda tal-ikel, kif aħna llum inżommu l-bżar u l-melħ, filwaqt li fiċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana, kien jintuża wkoll bħala priservattiv għall-proċess tal-mummifikazzjoni!

View this post on Instagram

A post shared by Gastropolis (@gastropolis) on

Xibt

Magħruf bl-Ingliż bħala dill, ix-xibt jikber u jintuża l-aktar fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali. Il-kultivazzjoni tiegħu, tirrikjedi x-xemx qawwija tas-Sajf. Jintuża ħafna biex jagħti togħma lill-platti tal-ħut, primarjament is-salamun. Iż-żejt miż-żerriegħa tax-xibt jintuża wkoll fil-manifattura tas-sapuni. Xi ħaġa nteressanti u forsi kemmxejn umoristika hi li peress li x-xibt ma tantx jikkawża gass, ċertu astronawti Russi jirrakomandaw l-użu tax-xibt f’ikel għal waqt titjiriet spazjali!

View this post on Instagram

A post shared by Ariel Detwiler (@ariel.clariel) on

Selq

Mill-familja tal-kaboċċa, is-selq magħruf bl-Ingliż bħala kale, hija pjanta li splodiet fil-popolarita’ fid-dinja tan-nutrizzjoni. Ċertu tip ta’ selq, jiġi kkultivat għal raġunijiet ornamentali, biex jintużaw għal tiżjin, fostom f’bukketti tat-tiġijiet. Selq mhux ipproċessat, huwa kompost minn 84% ilma! Jagħmel parti minn diversi platti tradizzjonali, fostom id-dixx Irlandiż colcannon li tradizzjonalment jissajjar fil-ġurnata ta’ Halloween.

View this post on Instagram

A post shared by krautput (@krautput) on

Eruka

Bil-Malti eruka, bl-Ingliż rocket, iżda popolari bħala rucola! Ġejja mir-reġjun tagħna, l-Mediterran u tintuża f’ħafna platti madwar id-dinja apparti l-insalata. Familjari żgur mal-użu tagħha fl-Italja bħala l-aħħar ingredjent miżjud fuq il-pizza wara li tinħema. F’Napli, mill-eruka jirnexxilom jipproduċu xarba ħelwa alkoħolika minnu wkoll, li jiġi kkunsmat wara xi ikla, bl-istess mod li jiġi kkunsmat il-limonċello jew il-grappa. Fil-punent tal-Asja u n-naħa ta’ fuq tal-Indja, l-eruka tingħafas sabiex jikkreaw iż-żejt, filwaqt li fl-Eġittu u t-Turkija hija normali li tittiekel porzjon sew ta’ dan l-ingredjent ma’ platti tal-ħut.

View this post on Instagram

A post shared by Fabrika Biljaka Bugarski ®️ (@fabrika_biljaka_bugarski) on

Klin

Jintuża ħafna fil-kċina Maltija iżda kważi kulħadd jirreferi għal dan l-ingredjent, bl-isem Ingliż tiegħu, rosemary. Dan ukoll ġej mill-Mediterran, u għandu użu lil hinn mill-kċina. Il-klin jintuża fi prodotti tal-ħasil tax-xagħar, prodotti tat-tindif, u fil-produzzjoni ta’ fwieħa, kemm dawk tal-ġisem u anke dawk li jfewwħu l-kmamar. Jinħaraq ukoll bħala nċens. Iżda jekk immorru lura fil-kċina, fejn oriġinarjament nafuh, il-klin jintuża biex jagħti togħma lill-laħam bħall-ħaruf, tiġieġ u majjal. Jintuża wkoll biex isir tip ta’ te minnu.

View this post on Instagram

A post shared by ☼ Soul + Selene ☾ (@soulandselene) on

Kemm kont taf minnhom dawn il-ħwawar?

Instagram / @food_obsessed_girl

Instagram / @samwoobbq.lv


Luke Borg