Wayne fakkar li kien proprju seba' snin ilu li bdiet l-avventura ta' Espresso fuq ONE. Hu kiteb, "7 snin ilu, kien beda Espresso! Avventura li bdejnieha Pawla u jien, flimkien ma’ tim ta’ nies. Esperjenza oħra fil-karriera tiegħi li tant nibqa’ ngħożż."

Wayne kompla jgħid, "Privileġġ li għal 7 snin sħaħ, bla waqfien… kont nidħol f’eluf ta’ djar u nibdilkom il-ġurnata b’togħma pożittiva. Bħal oħrajn, memorji li ma jintesewx! Happy Birthday Espresso."

Għalkemm din is-sena l-programm waqaf, Wayne qed jieħu ħsieb il-produzzjoni tal-programm ta' Mathilde Balzan li jġib l-isem Fost Il-Ġimgħa! Awguri f'din l-avventura ġdida Wayne! Ninsabu ċerti li ħa jkun suċċess bħal ma' kien Espresso!

Facebook / Wayne Aquilina


Emil Calleja Bayliss