Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 69 każ ġdid wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,157 test.
Il-gżejjer irreġistraw 134 irkupru, jiġifieri t-total tal-irkupru jammonta għal 32,145 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 1544. Malta rreġistrat 34,508 każ s'issa u wettqet 1,099,0963 test . B'xorti tajba, ma ġew irreġistrati l-ebda mwiet matul l-aħħar 24 siegħa, li jfisser li n-numru ta' dawk li ġew nieqsa hu ta' 423.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 2 ta’ Awwissu, ġew amministrati 762,832 doża ta’ vaċċin lil diversi persuni fil-gżejjer. 400,760 minn dawn kienu l-ewwel dożi filwaqt li 385,049 persuna issa huma mlaqqma kompletament. Barra minn hekk, mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, l-età medja kienet ta’ 34. Total ta’ 31 pazjent qed jiġu kkurati f’Mater Dei, b’ħamsa bħalissa fl-ITU.