Illum tiċċelebra għeluq sninha personalità li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni, u li tant hi maħbuba mill-pubbliku - Steph tat-TV, kif isibuha ħafna!
Steph f'dan il-jum xtaqet tikteb kelmtejn biex tesprimi kemm hi grata lejn il-ħajja ibda biex, u kemm tapprezza kull wieħed u waħda mit-telespettaturi u segwaċi tagħha li juruha tant rispett, imħabba u lealtà. Issemmi anke lill-għeżież ġenituri tagħha, lil binha u lil ħutha, li ovvjament ilkoll għandhom post speċjali f'qalbha.
"Jien bint Karmena u Karmenu, omm Michael, oħt Anna u Magda u kif ukoll Steph tat-TV... kollha partijiet minn ħajti li jagħmluni min jien. Grata li nista’ ngħid li qed nixjieħ jew aħjar nimmatura! Għada nagħlaq 54 sena… ma rridx nemmen! Imma kollha tiegħi... kull ma hi data bħall-oħrajn... imma hi wkoll data li tiftaħli għajnejja għaż-żmien li qed jgħaddi jtir, u għalhekk nixtieq ngħid Grazzi lil dawk kollha u lilkom li tagħmluli ħajti sinjura... mhux bil-flus imma bir-rispett u l-imħabba li turuni!"
Awguri minn qalbna għażiża Steph f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt! Kemm nammirawk! Nixtiqulek l-isbaħ affarijiet illum u dejjem!