Illum hi ġurnata speċjali immens għall-attriċi Jane Marshall u żewġha l-bravissimu Albert Marshall. Dan hekk kif kien propju bħal-lum meta qalu s-signor si u ngħaqdu fiż-żwieġ.

Jane hija attriċi veterana li l-karriera tagħha fit-teatru u fit-televiżjoni bdiet fis-sittinijiet. Hija tibqa’ magħrufa għall-interpretazzjoni kontroversjali tagħha ta’ Rita, it-tifla ribelluża mis-sensiela Il-Madonna taċ-Ċoqqa.

In-nies jafu lil Jane wkoll għar-rwoli tagħha f’serje televiżivi popolari bħal Ipokriti, F’Baħar Wieħed, Vaganzi f’Ħal Bla Ras, u oħrajn. Jane qattgħet 15-il sena barra minn Malta fl-Awstralja fejn kienet maħbuba mill-komunità Malti-Awstraljana għall-ħidma tagħha fil-qasam tat-teatru Malti bil-Malti, speċjalment f’Sydney u Melbourne.

Żewġha Albert huwa kittieb, direttur tal-palk u tat-televiżjoni, edukatur u xandar. Albert huwa meqjus bħala artist responsabbli għal diversi xogħlijiet innovattivi fl-oqsma tal-letteratura, it-teatru u t-televiżjoni Maltija. Illum il-ġurnata jokkupa karigi għoljin fis-setturi kulturali u tax-xandir ta’ dan il-pajjiż.

Awguri minn qalbna Jane u Albert!

Facebook/ Jane Marshall


Kyle Zarb