Fuq is-sit fejn jitħabbru l-każijiet tal-Covid-19 madwar id-dinja ġie mħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 33 każ ġdid ġewwa pajjiżna.
Bejn ilbieraħ u llum irkupraw 54 persuna mill-virus u għalhekk il-każijiet attivi reġistrati issa niżlu għal 507. Fortunatament ma kien hemm l-ebda mewta b’kawża marbuta mal-Covid-19 u għalhekk sal-ġurnata tal-lum b'kollox tilfu ħajjithom 797 persuna waqt li kienu pożittivi għall-Covid.
It-total ta' każijiet f'pajjiżna sa issa tela' għal 113,534. Għal aktar informazzjoni dwar in-numri ta' kuljum ġewwa pajjiżna u barra minn xtutna wieħed jista' jidħol HAWN.