Adrian J Mizzi huwa wieħed mill-imħuh wara l-Malta Fashion Week u wkoll wara l-programm popolari Venere li jagħti spazju lil tant u tant mudelli. Ilbieraħ Adrian qasam ftit ritratti ta' ommu u missieru li ċċelebraw 50 sena miżżewġin.

Adrian kollu ċajt żvela s-sigriet tal-ġenituri tiegħu, "Tant ġrew warajja li ma kellhomx ċans jiġġieldu." Hu jgħid li bl-ebda kliem ma jista' jirringrazzjahom biżżejjed għal dak li għamlu miegħu.

Żgur mhux forsi li ritratti bħal dawn barra li għandhom valur sentimentali għall-familja ta' Adrian, joħduna lura fis-snin u joħolqu wkoll sens ta' nostalġija.

Facebook / Adrian J Mizzi


Emil Calleja Bayliss