Għada tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi Stephanie Spiteri u fuq il-profil tagħha hi qasmet status tassew mill-qalb!

Stephanie tgħid, "50! Inkredibbli: f’moħħi għadni żagħżugħa... ġismi jgħidli mod ieħor. Kuljum aktar u aktar ngħożż in-nies f’ħajti: ommi li għall-ewwel darba mhix hawn biex tawgurali f'għeluq snini, missieri li ilni xhur ma nara, iż-żewġ ħuti speċjali tiegħi Anna Muscat u Magda Spiteri, ibni Michael Bugeja, is-sieħeb u l-imħabba tiegħi Kartal Turkdogan, ħija "l-adottat" tiegħi Anton Grech."

Jidher li f'ħajjitha għandha numru ta' nies speċjali! "Jiena mbierka b'kemm intom ħbieb li jimpurtahom, li jgħożżuni għal dak li jien, u li jsaħħu ħajti bl-affezzjoni ġenwina tagħhom. Tafu min intom... tgħanniqa virtwali kbira u ħerqana għal waħda vera li Alla jrid tkun dalwaqt!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek ġurnata mill-isbaħ Stephanie. Nittamaw li tgħaddiha bl-aħjar mod possibbli f'dan iż-żmien straordinarju.


Emil Calleja Bayliss