JeanLuke Galea Duca ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem fl-età ta’ 27 sena. Hu kien għadu kif iżżewweġ, propju fit-18 ta’ Ġunju lil martu Rebecca Galea Duca. iz-zija tiegħu, Ina Robinich kienet kitbet messaġġ sentimentali mat-telfa tiegħu: “Qas ilħaqt ir-ritratti lesti żgħażugħ tagħna. Iebsa wisq mingħajrek. Il-weġgħa kbira wisq. Għadni niftakar lil missieri 27 sena ilu jidħol ferħan u jaqbeż fil-kċina, “għandna boy … għandna boy”. Għamiltni zija ta’ 14 il-sena. Kemm kont inħobbok, għadni u nibqa’ Ġanninu tiegħi,” 

Iż-żmien itaffi, iżda l-weġgħat jibqgħu kbar, u hekk kif għaddew ftit tax-xhur minn mindu JeanLuke ħalliena, Ina reġgħet kitbet żewġ kelmiet ta’ qsim il-qalb: “għaddew 5 xhur għażiż tiegħi. M’għaddietx ġurnata fejn ma ħsibtx fuqek, u qalbi b’weġgħa ikbar iktar kemm jgħaddi żmien. Inħobbok għal dejjem”.


Nicole Zammit