Ħames snin ilu ħalliena l-attur veteran Robin Williams.

L-ewwel film ta’ Williams kien fil-fatt Popeye li ġie miġbud hawn Malta. Minn hemmhekk kompla jikber b'film wara l-ieħor, bl-akbar suċċessi jkunu Mrs. Doubtfire, Jumanji u Aladdin.

Hu ġie ppremjat diversi drabi tax-xogħol tiegħu. Fost il-premjijiet, hu kiseb żewġ Primetime Emmy Awards, sitt Golden Globe Awards u erba' Grammy Awards.

Dawn is-suċċessi kollha, ma kienux imbassra, għaliex meta ggradwa fl-1969, sħabu tal-iskola vvutawlu bħala l-aktar wieħed li mhux ħa jagħmel suċċess.

Fl-aħħar żminijiet ta' ħajtu, Williams kien qed ibati minn dippressjoni qawwija. Hu wettaq suwiċidju fl-2014, ġewwa r-residenza tiegħu fl-eta' ta' 63 sena.


Luke Borg