Jekk ma rajtx l-episodju tal-bieraħ ta' L-Għarusa mela fittex mur għarah. Ser jitniżżel bħala l-aqwa episodju s'issa mimli xeni fantastiċi, reċtar ta' klassi u skript imħejji bl-aktar mod professjonali.
Ilbieraħ rajna lil Septa tmut mgħerrqa fl-ilma, l-istess mod kif mietet omm Diego. Rajna wkoll li Amelia tikxef mas-Supretendent Fench Lauri li kien hemm xi ħaġa miktuba fl-inforra tal-libsa. L-episodju jagħlaq bi twist fejn Tonin jiżvela mal-ispettur Abela li hu qatel lil Bettina. Wara li kien għaddieha mill-passaġġ sigriet taħt l-art, Bettina u Tonin jispiċċaw jitkellmu ħdejn il-funtana. Bettina tgħidlu li ser titlaq u tħallih iżda hu jgħir għaliha u jifgaha.
Ħafna nies qed jaħsbu li issa Bettina hija mejta iżda... Dawn huma 5 punti kruċjali għaliex Tonin gideb.
- It-Tifla żgħira tgħid li rat lil Arturo ħdejn il-funtana jitkellem ma' Bettina! Arturo jidher li ta daqqa ta' ħarta lil bintu. Fil-verżjoni li ta Tonin lil Abela din ma semmiet imkien. Ovvja għax Tonin qatt ma ra lil Arturo ħdejn il-funtana.
- Tonin mhux vera ħarrab lil Bettina. Fil-bidu tas-serje naraw lil Għarusa timxi b'pass imgħaġġel biex taħrab. Kienet qiegħda biż-żarbun f'idejha u f'daqqa waħda tinħasad u tara lil Tonin. Tgħidlu "Kif ħsadtni" u titolbu għal sigarett. Fl-episodju tal-bieraħ Tonin qal li kien hu li għaddieha mill-passaġġ u wassalha sal-funtana.
- Il-Mewt ta' Septa u z-Zio Amadeio ikun irrid juża l-ġisem għall-iskopijiet tal-ħarba. Li kieku din ma kinitx relevanti għall-istorja kieku ma kinitx tingħata daqshekk importanza fl-istorja.
- Il-famuż pendent li nstab taħt l-art mill-ispettur Abela. B'xi mod Diego niżel fil-passaġġi sigrieti u waqalu l-pendent. Din il-biċċa l-istess ma semmietx ilbieraħ waqt li Tonin kien qed jgħid il-verżjoni tiegħu. Kif spiċċa taħt l-art il-pendent?
- Fl-ewwel episodju z-Zio Amedio ried ikeċċi lil kulħadd minn ħdejn il-ġisem mejjet ta' Bettina. "Ħudu lil ommha issa nieħu ħsieb kollox jien ... Arturo mur magħha u ħalli kollox f'idi hawnhekk" jgħid Amadeio waqt li kellu l-ġisem mejjet ta' Bettina. Jista' jkun forsi kienet rieqda? Ħadd ma ċċekjaha lil Bettina dak il-ħin! ...Ftit wara nsiru nafu li Bettina ndifnet mingħajr awtopsja, bil-pulizija jkollhom aċċess għall-ġisem meta dan ikun qiegħed fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni. Forsi hemm Septa midfuna flokha? Apparti minn dan kollu dak iż-żmien ma setawx jagħmlu awtopsja bhal ma jagħmlu llum, jiġifieri DNA ma kinux jafu x'jiġifieri!
Bilħaq tiftakar lil Diego jiġri kemm jiflaħ fl-ewwel episodju? Tgħid kien qed jiġri flimkien ma' Bettina biex jaħarbu?
Li kieku stess Bettina ma mietitx fgata iżda mgħerrqa u din tagħmel differenza għall-investigazzjoni. Issa ninsabu aktar ħerqanin biex insiru nafu kif ser tispiċċa din is-serje li tant ġibdet attenzjoni.
Int x'taħseb?