Prof Charmaine Gauci ħabbret li llum ġew irreġistrati 5 każi pożittiv tal-Coronavirus ġewwa Malta, biex b'hekk it-total ta' każi ġewwa pajjiżna huwa dak ta' 134 każ! Prof Gauci spjegat li fost dawn il-każi kollha, insibu dawk relatati mas-safar u dawk relatati ta' trasmissjoni lokali! 

Tliet każi kienu relatati ma' safar u clusters ta' safar filwaqt li żewġ każi kienu relatati ma' każi ta' trasmissjoni lokali. Prof Charmaine qalet li s'issa ġew ittestjati 4,230 persuna li hu t-tielet l-ogħla per kapità fid-dinja.

Mill-ġdid appellat sabiex il-poplu jsegwi l-istruzzjonijiet li qed jgħaddu huma sabiex nevitaw milli dak in-numru jkompli jikber u jiżdied. Jekk kulħadd jaħdem f'daqqa dak in-numru nistgħu nikkontrollawh. Qalet ukoll li l-anzjan ta' 61 sena li qed fl-ITU jinsab mhux ħażin. 


Emil Calleja Bayliss