Il-film Gladiator 2 huwa antiċipat ħafna minn dawk għal qalbhom taċ-ċinema wara s-suċċess li kellu l-ewwel film f’dan is-serje. Grazzi għall-proġetti fis-settur tal-films, dan qiegħed jinħadem Malta, u billi jitkabbar dan is-settur tal-ekonomija, huwa maħsub li jżuruna aktar turisti, u l-pajjiż jagħmel il-flus minnu. Madanakollu, illum ħarġet l-aħbar li €46.7 miljun mit-taxxi tal-Maltin ser jingħataw lil dan il-film biex jinġibed, u €5 miljun minnhom ser imorru biex jitħallsu tnejn mill-atturi prinċipali tiegħu, Denzel Washington u Ridley Scott.
Il-Malta Film Commision mhux ser tgħin biss lil Gladiator, iżda anka films oħra billi taqsam €69 miljun bejn 12-il produzzjoni. Numru li mistenni jitla’ għal €80 miljun.