Grupp miċ-ċentru tad-demm ta’ Malta kienu preżenti fil-freshers’ week tal-Universita’ ta’ Malta (ġimgħa fejn jitħejjew attivitajiet għal studenti ġodda) bil-għan li jiltaqgħu mal-istudenti u jsibu nies li jixtiequ jagħtu donazzjonijiet tad-demm fil-futur.

Huma kitbu, “U hekk għalaqna l-ewwel ġurnata ta’ freshers’ week fl-Universita’ ta’ Malta. 40 studenti inkitbu bħala donaturi tad-demm prospettivi. Aħna eċċitati biex naraw iżjed nies jinkitbu din il-ġimgħa. Narawkom għada.”

Prosit immens lil dawk l-istudenti kollha li ħadu l-ewwel pass biex fil-futur ikunu jistgħu jsalvaw il-ħajja ta’ ħaddieħor. Żgur li dan huwa l-isbaħ rigal li qatt tistgħu tagħtu.

Facebook / Blood Donation Malta - NBTS


Gabriella Borg