Il-preżentatur tar-rajdu Twanny Screrri, li nisimgħu l-vuċi tiegħu fuq Calypso, illum qed jiċċelebraw l-40 sena anniversarju minn meta qal iva lil martu Marianne. Fuq Facebook, dalgħodu Twanny kiteb messaġġ tant ħelu lill-għażiża martu.

Hu kiteb, "4 ta' Ġunju 1981 - 14 ta' Ġunju 2021 - 40 Sena miżżewġin illum! Tant memorji, tant tifkiriet ta' kull xorta! 40 sena flimkien għax Marianne hija wkoll x-xufier tiegħi! Tant esperjenzi wkoll flimkien f'40 sena xandir, minn kantant/a għall-iehor. Fuq kollox tant imhabba! Grazzi Mulej li wassaltna sa hawn!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Twanny u lil martu Marianne l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkomplu jgawdu lil xulxin għal ħafna u ħafna snin.


Emil Calleja Bayliss