F’din id-dinja moderna u storbjuża, wisq faċli għalina li ninsew x’għandu x’joffri l-pajsaġġ Malti, speċjalment meta nkunu mdawrin il-ħin kollu b’crane naħa waħda u bini tiela’ naħa oħra. Għalhekk, aħna tal-Gwida.mt fassalna lista ta’ erba’ postijiet madwar Malta li mhux biss inessuna mill-inkwiet ta’ kuljum, iżda li saħansitra jfakkruna fis-seħer tal-pajsaġġ Malti.

Wied Babu

View this post on Instagram

A post shared by MaltaLovers (@maltalovers) on

Dan il-wied, li żgur mhux forsi jistħoqqlu jissejjaħ wieħed mill-aktar widien pittoreski f’pajjiżna, jinstab fil-viċinanza ta’ Wied iż-Żurrieq, xhud ieħor tal-kobor tal-pajsaġġ Malti li madankollu ta’ spiss ikun dak li jingħata l-prijorità. Minkejja dan, Wied Babu jista’ jitqies daqstant bħala żona mhux biss mogħnija bin-natura Maltija, iżda wkoll post xieraq għal ħarba ta’ ġurnata lil hinn mill-ġenn tal-irħula.

Wied Għollieqa

View this post on Instagram

A post shared by James Aaron Ellul (@jamesaaronellul) on

Bosk bħal dan bla dubju ta’ min jikkunsidrah bħala ġawhra miqegħda ħelu ħelu eżattament fil-qalba tal-modernità. Mirsusa bejn l-Università ta’ Malta fin-nofsinhar u l-Kappara fit-tramuntana, din ir-riżerva tan-natura hija aċċessibbli permezz ta’ tliet daħliet prinċipali, u għalkemm hija ċkejkna, is-sbuħija tal-passiġġata li tista’ tgawdi hija imprezzabbli.

Wied il-Bassasa

View this post on Instagram

A post shared by Rachel Caruana (@rachelcarxx) on

Dan il-wied, li żgur mhux forsi jistħoqqlu jissejjaħ wieħed mill-aktar widien pittoreski f’pajjiżna, jinstab fil-viċinanza ta’ Wied iż-Żurrieq, xhud ieħor tal-kobor tal-pajsaġġ Malti li madankollu ta’ spiss ikun dak li jingħata l-prijorità. Minkejja dan, Wied Babu jista’ jitqies daqstant bħala żona mhux biss mogħnija bin-natura Maltija, iżda wkoll post xieraq għal ħarba ta’ ġurnata lil hinn mill-ġenn tal-irħula.

Direttament taħt in-Nigret u mhux wisq ‘il bogħod minn Wied Babu li semmejna, Wied il-Bassasa huwa ideali kemm għal xi avventura tat-trekking u kemm għat-tiftixa tiegħek għal naqra serenità. Dan il-Wied huwa aċċessibbli permezz ta’ mogħdija ftit passi lil hinn mit-Torri tal-Wardija, u jekk qed tħossok avventuruż, saħansitra ħdejh għandek Wied Fulija jew Wied Diegu x’tesplora wkoll!

Ta’ Lippija

View this post on Instagram

A post shared by Patryk Zygan (@mitsuooo32) on

Issa int ħsibt li se nifqgħuk bil-widien biss hawnhekk? Ta’ Lippija, l-Imġarr Malta, tinvolvi mogħdija li testendi mill-bajja tal-Ġnejna u tibqa’ tgħaddi sa ħdejn l-irdum tat-tafal sakemm tasal sal-parti fuqanija ta’ Għajn Tuffieħa. Dan il-passaġġ huwa ideali għal min jixtieq mixja kemxejn aktar twila, speċjalment għal dawk li japprezzaw il-baħar Malti ħdejhom matul it-triq kollha.

Aqsam dan l-artiklu ma’ xi ħadd li għandu bżonn jaħrab ħarba mill-ħobża ta’ kuljum!

Instagram / @maltalovers


Kurt Gabriel Meli