Bħal-lejla bosta jagħżlu illi jiċċelebraw il-festa tal-Halloween li hija affiljata mat-tema tal-biża'. Fix-xena lokali tal-ispettaklu, nsibu diversi films u serjes marbutin ma' din it-tema.

1. Simpatiċi u l-Fantażmi

Fis-sitt staġun tas-serje Simpatiċi, naraw lil Alan (Ray Abdilla) u Ġanni (Simon Curmi) li flimkien ma' Charlie (Joe Gatt) iħejju ċajta għall-familja Cassar meta jistednuhom iqattgħu lejl f'villa fejn jingħad li jidhru l-iħirsa, biss ilkoll jitħallew maħsudin meta verament jaraw ħares.

2. Hemm Dar Il-Qala

Fil-villaġġ ċkejken tal-Qala, Emily kienet ġiet abbandunata flimkien mat-tlett uliedha minn żewġha, u issa erbgħin sena wara, grupp ta' persuni rritornaw bit-tir li jagħmlu dokumentarju, biss mhux kollox imur kif imħejji.

Dan il-film kien ġie maħruġ lura fl-2018 u għandu kitba u produzzjoni tal-bravissimu Mark Doneo. Tistgħu ssegwuh fuq TOKIS.

3. Klassi Għalina vs Dragula

L-atturi ta' Klassi Għalina jiġu kostretti jaffaċjaw lill-Kontri Drakula f'film fejn it-tema tal-biża' li hija tant sinonima mal-festa tal-Halloween tingħaqad mal-komiċità li d-diversi karattri komiċi ta' dan is-serje kapaċi joffru. Dan il-film tistgħu ssegwuh fuq TOKIS.

4. Mirjana Coljero

Serje ta' 14-il episodji li jmur lura għall-2007 fejn b'kitba u produzzjoni ta' Mark Doneo naraw kif qtil doppju brutali fil-limiti ta' raħal ċkejken jibdel kollox. L-element sopranaturali jagħti dinamika partikolari lil din l-istorja. 

Intom tiftakruhom dawn?


Cristian Tonna