Il-preżentatur u mużiċist Joseph Chetcuti mhux l-ewwel darba li ddedika tant ħin biex iżur persuni li għaddejjin minn tbatija iebsa f'ħajjithom. Fosthom hemm tant nies mill-Kenja, li sfortunatament mhux qed jgħixu f'kundizzjonijiet tajbin.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd ixxandar programm speċjali ta' Arani Issa, fejn flimkien ma' Joseph, rajna sitwazzjonijiet diversi li għaddejjin minnhom in-nies fil-Kenja. Joseph wera mumenti differenti miż-żjara tiegħu fil-Kenja, u anke tkellem man-nies t'hemm. Stajna naraw ir-realtà kiefra.

Joseph Chetcuti _ aRANI iSSA

Ritratt: One Play

Fortunatament wara tant ħidma u wara li Joseph u t-tim ħeġġew lill-pubbliku biex jagħti d-donazzjoni tiegħu, inġabret is-somma sabiħa ta' €35,125! Ammont sostanzjali li se jmur għall-missjoni fil-Kenja.

M'għandniex xi ngħidu, Joseph u t-tim kienu tant ferħana li l-Kenjani ser jirċievu din l-għajnuna sabiħa mill-gżejjer Maltin.

Prosit kbira lil kull min kien involut f'din ix-xandira li ħalliet il-frott, kif ukoll lilkom li tajtu donazzjoni!  


Ritratt: Joseph Chetcuti


Kyle Zarb