32 sena ilu, inċident skerz kien sewa ħajjet żewġ dilettanti lokali tal-logħob tan-nar. Fl-4 ta' Mejju 1989, maltempata kienet qed toqrob lejn il-Gżejjer Maltin, imma ħadd ma kien jobsor li se tispiċċa fi traġedja.

Il-paġna it-Temp Madwarna qasmet post minn sentejn ilu dwar l-inċident li jispjega dak li ġara. "Dakinhar għall-ħabta tas-13.30 sajjetta laqtet il-kumpless tan-nar tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq li jinsab viċin Wied Babu, u ħasdet il-ħajja ta' 2 persuni wara li dan il-kumpless sploda."

Huma komplew jgħidu, "Huwa rrappurtat li dakinhar fl-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Ħal Luqa tkejlu ftit iktar minn 17-il millimetru ta' xita u kien anke rrappurtat silġ imdaqqas li dam jumejn biex inħall, fl-aktar żoni milquta."

Facebook / It-Temp Madwarna


Emil Calleja Bayliss