Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Franklin Calleja. Franklin twieled fl-1992 u llum jagħlaq 30 sena. Lill-kantant lokali rajnieh diversi drabi ġo kompetizzjonijiet lokali, inkluż Don't Stop Me Now fejn kien ħareġ rebbieħ.

Lil Franklin rajnieh fil-Malta Eurovision Song Contest fejn l-aħjar riżultat tiegħu kien it-tielet post bil-kanzunetta Little Love fl-2016 filwaqt li rajnieh ukoll fl-ewwel u t-tieni edizzjoni tal-festival Mużika Mużika bil-kanzunetti Warajk u Wennisni.

Franklin ittanta xortih ukoll f'San Marino, fejn prova jirrappreżenta lill-pajjiż fl-2018. Hemm hu kien mitlub ikanta żewġ kanzunetti. Il-kanzunetta Stay u l-kanzunetta Best Year Of Our Lives. Hu kien irċieva t-total massimu tal-ġurija permezz tal-kanzunetta Stay iżda ma rebaħx il-vot tal-pubbliku u b'hekk tilef iċ-ċans li jirrappreżenta lill-pajjiż.

Dan l-aħħar Franklin għamel suċċess fl-Italja u jidher li fix-xhur li ġejjin ħa jkun qed iqatta xahar hemm fuq esperjenza mużikali. Hu ħabbar li qed jaħdem proġett mill-qrib mal-Ekklesia Sisters.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Franklin l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri Franklin!


Emil Calleja Bayliss