Bħal ma diġà ġie mħabbar, Shaun Farrugia se jkun qed jingħaqad mal-bqija tal-artisti li ser ikunu qed jagħtu spettaklu fuq il-Fosos tal-Furjana fl-Isle of MTV.

Shaun kien ilu jagħti lis-segwaċi tiegħu x’jifhmu li se jkun qed jieħu sehem f’xi show fil-futur qarib u issa li ġie mħabbar uffiċjalment is-sehem tiegħu għad-19 ta’ Lulju esprima l-kuntentizza tiegħu għal din l-aħbar. Hu qal li sa tliet xhur ilu kien imbikkem għax ma kienx jaf x’qed jagħmel u issa li qed jikseb suċċess wara l-ieħor jinsab vera ferħan u grat lejn is-segwaċi tiegħu.

Il-fama kisibha meta kiteb parti mill-kanzunetta Melody ta’ Sigala u wara ħadem żewġ kanzunetti mad-DJ popolari Martin Garrix.

Facebook / Shaun Farrugia


Henzley  Bezzina