Rita Camilleri kienet għall-aħħar darba fuq is-sett ta' Sorelle. Hi qalet li tħares lejn dan il-jum bħala sabiħ għalkemm bid-dwejjaq tiegħu, "3 snin ta’ xogħol iebes, dmugħ u ħafna daħk. Grazzi kbira lil Evelyn Saliba La Rosa Saliba La Rosa u Michael Vella Haber talli afdawni b'Angela."

Hi tkompli tgħid, "Grazzi oħra tmur lil Sorelle mill-isbaħ tiegħi, Angela Kiomall, Ritienne Sammut, Clint Grech u lill-atturi mill-isbaħ l-oħra kollha li kelli l-pjaċir naħdem magħhom u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lid-diretturi mill-isbaħ, camera persons u boom li kellhom jissaportu d-diva tantrums tiegħi, linji li nħawwad u aċċessjonijiet ta' daħk. Grazzi lilkom ilkoll. Se nimmissjakom ħafna u ħafna."

Ċertament li ħa narawha f'xi ħaġa oħra fil-futur qrib.

Facebook / Sorelle - Drama Series


Emil Calleja Bayliss