"Meta taħdem ġol-industrija talcatering iż-żmien tal-Milied huwa l-iktar busy għalina" jgħidlna x-chef Daniel Grech ta' Gourmet Challenge (TVM) u Be Our Guest (NET). F'intervista li għamilna ma' Daniel qalilna li... "il-Milied dejjem xogħol inqattaw" u normalment ikun ir-restaurant tiegħu. 

Daniel jgħix waħdu u bħalissa single... "bilkemm inkun id-dar, allura ma nżejjinx. Però l-ħwienet, iva nieħu gost intihom Christmas spirit. U rigali nammetti nħobb nixtri speċjamelnt lill-istaff. Nieħu gost nara in-nies kuntenti".

Daniel jirrakontalna kif 3 snin ilu spiċċa għamel tgħaffiġa sħiħa, ..."Niftakar darba konna totalment fully booked. U kellna Christmas day lunch. U niftakar 3 snin ilu kelli 3 koki ma jifilħux. U spiccajt waħdi.... u ijja saret tgħaffiġa sħiħa".

Iżda kif ikun Milied ideali għal Daniel? 

"Għalija l-Milied ideali li sissa qatt ma kelli u niextieq xi darba ikolli huwa dan: li nkun mal familja tiegħi. Pero familja li inkun għamilt jien ukoll. Mejda kbira kollha ikel, bil-mara, t-tfal u ħafna aktar nies. Kulħadd jiekol u jixrob, naqsmu l-memorji, ċajt u paċi flimkien… nammetti s’issa għadni qatt m’għamiltha imma xi darba nasal".

Aħna nawguraw lil Daniel u lill-istaff kollu tiegħu f'dawn iż-żminijiet ta' festi.  


Nicole Barbara