Mhux l-ewwel darba li rajna lill-Maltin jaslu ‘l quddiem f’xi konkors internazzjonali, u din żgur mhijiex se tkun l-aħħar! Ftit jiem ilu, il-konkors Rumen Music for Kids iċċelebra l-10 anniversarju tiegħu, festival li jħaddan diversi kantanti żgħar minn nazzjonijiet differenti – u l-Maltin li ħadu sehem fih ma naqsux milli jħallu l-marka tagħhom.

Malta

Facebook / Musicforkids International Music Festival

Fost il-kompetituri nsibu lil Rihanna Aquilina ta’ 12-il sena fil-Kategorja E, li rebħet bid-diska Somebody’s Got a Hold on Me. Maria Abdilla hija l-mentur tagħha fil-kant, l-istess mentur li kellha Destiny Chukunyere.

Eliza Attard, min-naħa l-oħra, hija ta’ 16-il sena u kienet parti mill-Kategorja G, u hija rnexxielha tikseb l-ewwel post fil-kategorja taghħa bid-diska You Don’t Own Me, b’Glen Vella bħala l-mentur tagħha.

L-aħħar iżda żgur mhux l-inqas, Maria Dijnovic iffurmat parti mill-Kategorja C, u kisbet it-tielet post bid-diska No Roots: Phyllisienne Brincat hija l-mentur tagħha.

Malta

Facebook / Musicforkids International Music Festival

L-edizzjoni ta’ din is-sena rat 70 parteċipant minn 13-il pajjiż differenti: il-kanzunetti kollha ġew akkumpanjati minn koreografija ta’ Paula Mitru, u r-riżultati ġew deċiżi permezz ta’ ġurija magħmula minn 11-il membru.

Facebook / Musicforkids International Music Festival


Kurt Gabriel Meli